Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani

Dwarna

Il-Kummissarju bena rabtiet ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, li jistgħu jkunu involuti direttament jew indirettament fi kwistjonijiet li jikkonċernaw anzjani f’Malta. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani jemmen bis-sħiħ li sabiex ikun aktar effettiv f’qasam bħal dan, wieħed irid jaħdem bħala tim. Il-prijorità tal-Kummissjoni hija li l-persuni anzjani ghandhom jibqgħu siguri, b’saħħithom u indipendenti u jgħixu ħajja ta’valur, sens u skop. L-għan tal-Kummissjoni hi li tikseb aktar rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja billi jiġu indirizzati l-preġudizzji, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni.

Il-Kummissarju

Prof. Godfrey La Ferla

Biografija

Il-Professur Godfrey La Ferla twieled f’San Ġiljan fl-1954. Studja fil-Kulleġġ San Alwiġi, B’Kara u l-Universita Ta’ Malta. Iggradwa bħala tabib f’Londra fl-1977.

Wara li lesta il- housemanship fin-naħa ta’ fuq ta l-Inghilterra, beda l-specjalizzazzjoni tiegħu fil-kirurġija fi Cambridge u sussegwentemet fi Glasgow. Fl-1982 ġie elett bħala Fellow tar-Royal College of Surgeons ta’ Edinburgh, Glasgow u l-Inghilterra.

Fl-1987, ġie mogħti id-Dottorat fil-Filosofia (Ph.D.) mill- Universita’ ta’ Glasgow u id-Dottorat fil- Mediċina u Kirurgija (M.D.) mill-Universita ta’ Malta.

Il-Professur La Ferla laħaq bħala Konsulent tal-Kirurġija fl-isptar San Luqa fil-1991, u sussegwentement fl-isptar Mater Dei, u baqa f’dan il-post sakemm irtira mix-xogħol kliniku fil 2017. Huwa serva bħala Chairperson tad-Dipartiment tal-Kirurġija mit-2001 sal-2013.

Fit-1991, kien mogħti il-Professorat tal-Kirurġija mil-Universita ta’ Malta, kien ġie elett bħala Kap tad-Dipartiment Universitarju tal-Kirurġija fit 2001 u Dekan tal-Fakulta tal-Mediċina u Kirurġija fit-2003. Huwa baqa’ fl-inkarigu ta’ dawn iż-żewg postijiet sa llum.

Fil 2017, il-President tar-Repubblika ta’ Malta ħatritu bħala Membru ta’ l-Ordni tal-Mertu għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn il-Mediċina u ġie rikonoxxut bl-għotja ta’ Gieħ Ħal-Balzan għax-xogħol li għamel fuq livell nazzjonali.