DIPARTIMENTI U ENTITAJIET

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

L-għan ewlieni tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità hu dak li tinbidel is-soċjetà anzjana minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex tagħti l-indipendenza u dinjità fl-anzjanità. Kif ukoll tipprovdi servizzi ta’ kura fil-komunità sabiex jgħinu lill-anzjani biex ikomplu b’ħajjithom fl-ambjent li kibru fih. L-għan ewlieni hu wieħed preventiv, fejn jiġu involuti l-gruppi ta’ etajiet differenti fil-proċess ta’ anzjanità attiva tul il-ħajja.

Il-Faċilità ta’ Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul

Il-Faċilità ta’ Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul għandha l-għan li tipprovdi ambjent biex tiżgura li r-residenti jgħixu b’dinjità u kwalità ta’ ħajja tajba b’permezz ta’ prattiki ta' innovazzjoni u kura ġerjatrika speċjalizzata għal persuni li huma dipendenti ħafna u għandhom bżonnijiet kumplessi.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) hija organizzazzjoni regolatorja mwaqqfa mill-Att Numru XV tal-2018, l-Awtorità għandha tilħaq il-mira tagħha kemm bħala sapport u regolament, fejn kemm min juża s-servizz kif ukoll il-provditur tas-servizz ikunu involuti attivament fil-proċess tal-iżvilupp u t-titjib tal-iStandard. SCSA timmira li ttejjeb il-kwalità u l-iStandards fis-servizzi tal-protezzjoni soċjali sabiex tipproteġi u ttejjeb id-dinjità, is-sigurtà u tal-ħarsien soċjali ta’ kull min juża s-servizzi. SCSA tikseb dan billi tilliċenzja l-provdituri tas-servizz tal-ħarsien soċjali, twaqqaf Standards Soċjali Regolatorji fis-settur tal-protezzjoni soċjali, u teżamina s-servizzi u tieħu azzjoni biex tipproteġi lill-persuni li jużaw is-servizzi.

Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani

Il-Kummissarju bena rabtiet ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, li jistgħu jkunu involuti direttament jew indirettament fi kwistjonijiet li jikkonċernaw anzjani f'Malta. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani jemmen bis-sħiħ li sabiex ikun aktar effettiv f'qasam bħal dan, wieħed irid jaħdem bħala tim. Il-prijorità tal-Kummissjoni hija li l-persuni anzjani ghandhom jibqgħu siguri, b'saħħithom u indipendenti u jgħixu ħajja ta’valur, sens u skop. L-għan tal-Kummissjoni hi li tikseb aktar rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja billi jiġu indirizzati l-preġudizzji, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni.

Flimkien mal-viżjonijiet, il-missjonijiet u l-għanijiet tagħna, ngħinu lill-anzjani tagħna kuljum filwaqt li nħaddnu b’mod olistiku l-aspetti multipli tas-saħħa u x-xjuħija.